Naħdmu flimkien fuq suġġetti li huma importanti
Fil-fażi tal-bidu, il-Patt se jagħti prijorità lill-azzjonijiet li jiffukaw fuq erba’ oqsma li joffru benefiċċji immedjati mhux biss għall-klima u għall-ambjent, iżda wkoll għas-saħħa u għall-benesseri taċ-ċittadini: żoni ekoloġiċi, mobbiltà ekoloġika, bini ekoloġiku u impjiegi ekoloġiċi.
Il-Patt għandu mandat miftuħ u l-ambitu tiegħu se jevolvi abbażi tal-bżonnijiet u tal-kontribuzzjonijiet tan-nies u tal-organizzazzjonijiet li jsiru parti minnu.
Azzjoni tal-UE dwar il-klima u s-sostenibbiltà
L-UE qed tieħu azzjoni f’ħafna oqsma, permezz ta’ liġijiet, politiki u programmi. Esplora xi eżempji hawn taħt.
Azzjoni klimatika
L-UE għandha l-għan li tkun newtrali għall-klima sal-2050 – ekonomija b’emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti.
Dan l-għan jinsab fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u hu skont l-impenn tal-UE għal azzjoni klimatika globali skont il-Ftehim ta’ Pariġi. Aħna pproponejna wkoll Liġi Ewropea dwar il-Klima li ddawwar dan l-impenn politiku f’obbligu legali.
Biex tgħinna nilħqu dan l-għan ambizzjuż, qed nipproponu wkoll li nżidu l-miri tagħna dwar il-klima u l-enerġija għall-2030. Skont il-Pjan tagħna dwar il-Mira Klimatika għall-2030, inkunu qed innaqqsu l-emissjonijiet tagħna tal-gassijiet serra b’55% meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
Leġiżlazzjoni u politiki ewlenin tal-UE dwar il-klima:
- Skema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS) biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra mis-settur tal-enerġija, l-industrija u t-titjiriet fl-UE
- Miri nazzjonali għal setturi li ma jagħmlux parti min-negozjar tal-emissjonijiet, bħat-trasport, il-bini u l-agrikoltura
- Żgurar li l-foresti u l-art tagħna jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima
- Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra mit-trasport eż. permezz ta’ standards ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għall-vetturi
- Spinta lill-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli u l-governanza tal-politiki dwar l-enerġija u l-klima tal-pajjiżi tal-UE
- Promozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju
- Tnaqqis gradwali ta’ gassijiet serra fluworurati li jikkawżaw it-tisħin tal-klima
- Protezzjoni tas-saff tal-ożonu
- Adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima
- Fondi għall-azzjoni klimatika
Aħna naħdmu b’mod attiv ma’ pajjiżi u reġjuni oħra biex niksbu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, u aħna fornitur ewlieni ta’ finanzjament internazzjonali għall-klima biex nappoġġjaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima.
Ara ukoll:
Il-bijodiversità
Wasal iż-żmien li nirranġaw ir-relazzjoni miksura tagħna man-natura. Dan hu mitlub mit-tibdil fil-klima, mit-telf tal-bijodiversità, u mit-tixrid ta’ pandemiji devastanti.
L-Istrateġija dwar il-Bijodiversità tal-UE se tpoġġi lill-Ewropa fit-triq lejn l-irkupru ekoloġiku sal-2030:
- Tirrilaxxa €20 biljun fis-sena għall-bijodiversità permezz ta’ diversi sorsi, inklużi fondi tal-UE u finanzjament nazzjonali u privat.
- Tistabbilixxi żoni protetti għal mill-inqas 30% tal-art u 30% tal-baħar fl-Ewropa
- Tirrestawra l-ekosistemi degradati fl-Ewropa kollha
- Tħawwel 3 biljun siġra sal-2030
- Tnaqqas l-użu u l-ħsara tal-pestiċidi b’50% sal-2030
- Tagħmel lill-UE mexxejja dinjija fl-indirizzar tal-kriżi globali tal-bijodiversità.
Ara ukoll:
- Azzjoni tal-UE għall-ambjent
- Natura 2000
- Il-programm LIFE
- Il-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE
- Iċ-Ċentru tal-Għarfien għall-Bijodiversità
- Informazzjoni dwar il-Pollinatur tal-UE Hive
- EU4Ocean

Sistema sostenibbli tal-ikel
L-istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt tal-UE se tiżgura li l-Ewropej ikollhom aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa, affordabbli u sostenibbli:
- Nipproteġu l-ambjent u nippreservaw il-bijodiversità
- Innaqqsu l-użu kimiku u perikoluż tal-pestiċidi b’50 % sal-2030
- Nindirizzaw it-tibdil fil-klima
- Niżguraw redditu ekonomiku ġust fil-katina tal-provvista
- Inżidu l-biedja organika għal 25% tal-art agrikola totali sal-2030
Ara ukoll:
- L-azzjoni tal-UE dwar l-ikel, il-biedja, is-sajd
- Il-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel
- Biedja organika
- In-Network Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
- Il-Pjattaforma BlueInvest
- Il-Missjoni ta’ Orizzont Ewropa dwar is-saħħa tal-ħamrija u l-ikel.
Enerġija nadifa
Id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-UE hija vitali jekk irridu jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tagħna.
Il-prinċipji ewlenin tagħna huma:
- Tiġi prijoritizzata l-effiċjenza enerġetika u jiġi żviluppat is-settur tal-enerġija bbażat prinċipalment fuq sorsi rinnovabbli
- Tiġi żgurata provvista tal-enerġija tal-UE sikura u bi prezz raġonevoli
- Niksbu suq tal-enerġija tal-UE kompletament integrat, interkonness u diġitalizzat
L-istrateġiji tal-UE għall-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u għall-idroġenu, se jwittu t-triq lejn settur tal-enerġija aktar effiċjenti u interkonness, xprunat mill-għanijiet doppji ta’ pjaneta aktar nadifa u ekonomija aktar b’saħħitha.
Dan huwa essenzjali għall-għan tal-Ewropa tan-newtralità klimatika sal-2050, peress li s-sistema tal-enerġija tirrappreżenta 75% tal-emissjonijiet tagħna ta’ gassijiet serra.
Ara ukoll:
- L-azzjoni tal-UE dwar l-enerġija
- Il-Pjattaforma Ewropea tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (E3P)
- Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija
- L-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku
- Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE
- Fora ta’ Investiment fl-Enerġija Sostenibbli
- Fora dwar l-Enerġija taċ-Ċittadini
- Komunitajiet tal-Enerġija

Industrija sostenibbli
Il-kisba tal-għanijiet klimatiċi u ambjentali tagħna teħtieġ politika industrijali bbażata fuq ekonomija ċirkolari.
L-istrateġija Industrijali tal-Ewropa se tappoġġja t-trasformazzjoni ekoloġika billi:
- Tistimula l-iżvilupp ta’ swieq ġodda għal prodotti ċirkolari u newtrali għall-klima
- Timmodernizza u tisfrutta l-opportunitajiet domestiċi u globali biex niżguraw il-progress u l-prosperità futura tagħna
- Niddekarbonizzaw l-industriji intensivi fl-enerġija eż. l-azzar u s-siment
Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari se tippreżenta politika ta’ “prodotti sostenibbli”, li se tipprijoritizza t-tnaqqis u l-użu mill-ġdid ta’ materjali qabel ma jiġu rriċiklati. Se jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi biex jiġi evitat li prodotti li jagħmlu ħsara lill-ambjent jitqiegħdu fis-suq tal-UE. Se jiġu indirizzati asserzjonijiet ambjentali foloz.
L-isforzi se jiffukaw fuq setturi intensivi fir-riżorsi, bħat-tessuti, il-kostruzzjoni, l-elettronika u l-plastik.
Ara ukoll:
- L-Ekotikketta tal-UE
- It-tikketta tal-enerġija u l-ekodisinn
- Il-Pjattaforma tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari
- L-Alleanza għall-Plastik
- L-inizjattiva dwar is-sostanzjar ta' asserzjonijiet ekoloġiċi
- Il-Premjijiet Ewropej tal-Ambjent għan-Negozji
- L-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE (EMAS)
- Iċ-Ċentru Ewropew tal-Għarfien dwar l-Effiċjenza fir-Riżorsi
Bini u rinnovazzjoni
Il-bini jammonta għal madwar 40% tal-enerġija kkunsmata fl-Ewropa, iżda 1% biss tal-bini jgħaddi minn rinnovazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija kull sena. Barra minn hekk, il-bini, l-użu u r-rinnovazzjoni tal-bini jeħtieġu ammonti sinifikanti ta’ enerġija u riżorsi, li jinkludu ramel, żrar u siment.
Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni se tirdoppja r-rati annwali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija fl-għaxar snin li ġejjin:
- ittejjeb il-kwalità tal-ħajja għall-persuni li jgħixu fil-bini u fl-użu tiegħu
- tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra fl-Ewropa.
- toħloq sa 160,000 impjieg ekoloġiku fis-settur tal-kostruzzjoni
Bi kważi 34 miljun Ewropew li ma jistgħux jaffordjaw li jżommu darhom imsaħħna b’mod adegwat, ir-rinnovazzjoni hija wkoll rispons importanti għall-faqar enerġetiku. Tista’ tindirizza s-saħħa u l-benesseri ta’ persuni vulnerabbli filwaqt li tnaqqas il-kontijiet tal-enerġija tagħhom.
Ara ukoll:
- Bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija
- L-Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari
- Bauhaus Ewropea Ġdida
- Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti
- Livell(i)

Mobbiltà sostenibbli
It-trasport jammonta għal kwart tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u din il-figura tkompli tiżdied.
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jimmira għal tnaqqis ta’ 90% f’dawn l-emissjonijiet sal-2050:
- Jestendi l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-settur marittimu
- Inaqqas l-gratifiki b’xejn għal-linji tal-ajru taħt skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet
- Jinstalla madwar miljun stazzjon pubbliku ta’ ċċarġjar u ta’ riforniment għat-13-il miljun vettura b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero mistennija fit-toroq Ewropej sal-2025.
- Iżid l-użu tal-ferroviji jew tal-ilma għat-trasport tal-merkanzija
- Jagħżel l-2021 bħala s-Sena Ewropea tal-Ferroviji biex tappoġġja l-ferroviji bħala mezz ta’ trasport sostenibbli, innovattiv u sikur
- Inaqqas sa 10% tal-emissjonijiet tat-trasport bl-ajru permezz tal-Ajru Uniku Ewropew b’kost żero għall-konsumaturi u l-kumpaniji
Ara ukoll:
- L-azzjoni tal-UE dwar trasport nadif u trasport urban
- CIVITAS
- Il-Ġimgħa Ewropea tal-Mobbiltà
- Għodda ta’ Sewqan Ekoloġiku
- Il-Pjattaforma Clean Bus Europe
- Regolamenti dwar l-Aċċess Urban
- Riċerka tat-Trasport u Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Innovazzjoni
Eliminazzjoni tat-tniġġis
It-tniġġis jagħmel ħsara lil saħħitna u lill-ambjent tagħna. Hu l-akbar kawża ambjentali ta’ diversi mard mentali u fiżiku u ta’ mwiet prematuri, speċjalment fost it-tfal, persuni b’ċerti kundizzjonijiet mediċi u l-anzjani.
Minbarra li jaffettwa s-saħħa tan-nies, it-tniġġis huwa wieħed mir-raġunijiet ewlenin għat-telf tal-bijodiversità. Dan inaqqas il-kapaċità tal-ekosistemi li jipprovdu servizzi bħas-sekwestru tal-karbonju u d-dekontaminazzjoni.
- Il-Pjan ta' Azzjoni ta' Tniġġis Żero se jipprevjeni u jirrimedja aħjar it-tniġġis mill-arja, l-ilma, il-ħamrija u l-prodotti tal-konsumatur, u jintegra ambizzjoni ta’ tniġġis żero fl-oqsma kollha ta’ politika
- L-Istrateġija dwar il-Metan għandha l-għan li trażżan il-perkorsi tat-temperatura sal-2050, ittejjeb il-kwalità tal-arja u ssaħħaħ it-tmexxija globali tal-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
- L-istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà se tibni fuq il-liġijiet sofistikati tal-Ewropa dwar is-sustanzi kimiċi biex tipproteġi aħjar liċ-ċittadini u lill-ambjent u tagħti spinta lill-innovazzjoni għal sustanzi kimiċi sikuri u sostenibbli.
Ara ukoll:
Finanzi u investiment sostenibbli
L-għan tagħna huwa li nappoġġjaw it-twettiq tal-objettivi tagħna tal-Patt Ekoloġiku Ewropew billi nidderieġu l-investiment privat fit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ġusta, bħala komplement għall-flus pubbliċi.
Is-settur finanzjarju jista’ jgħin:
- jorjenta mill-ġdid l-investimenti lejn teknoloġiji u negozji aktar sostenibbli
- fit-tkabbir finanzjarju b’mod sostenibbli fuq medda twila ta’ żmien
- jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u ċirkolari
Bħalissa qed inħarsu lejn modi kif nintegraw kunsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà fil-qafas tal-politika finanzjarja tagħna biex nimmobilizzaw il-finanzjament għat-tkabbir sostenibbli.
Ara ukoll:
- Il-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew
- Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi
- Il-Pjattaforma dwar finanzi sostenibbli
- Tassonomija tal-UE dwar attivitajiet sostenibbli
- Standard tal-bonds ekoloġiċi tal-UE
Tranżizzjoni ġusta
It-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u newtrali għall-klima trid isseħħ b’mod ġust, filwaqt li ħadd ma jitħalla lura.
Xi territorji li jiddependu ħafna fuq l-industriji estrattivi u l-produzzjoni tal-enerġija relatata kif ukoll l-industriji li jużaw ħafna karbonju se jkollhom bżonn jirristrutturaw u/jew jiddiversifikaw l-ekonomija tagħhom, iżommu l-koeżjoni soċjali u (jerġgħu) jħarrġu lill-ħaddiema u liż-żgħażagħ milquta biex jippreparawhom għal impjiegi futuri.
Biex tindirizza l-isfidi speċifiċi f’dawn ir-reġjuni, il-Kummissjoni introduċiet Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta li jipprovdi appoġġ immirat.
Ara ukoll:
Bliet u reġjuni
Ir-reġjuni Ewropej se jiffaċċjaw dejjem aktar l-impatti tat-tibdil fil-klima. L-azzjoni fl-ibliet, l-irħula u ż-żoni rurali fl-Ewropa kollha kollha hija essenzjali għat-tranżizzjoni ekoloġika.
Ara ukoll:
- L-azzjoni tal-UE dwar l-iżvilupp reġjonali u urban
- Il-koperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi
- Il-Ġimgħa tal-Ibliet u tar-Reġjuni Ewropej
- Kampanji reġjonali
- Bliet u żvilupp urban
- Aġenda urbana għall-UE
- Living-in.eu
- Orizzont 2020: Bliet newtrali għall-klima u intelliġenti
Riċerka u innovazzjoni
Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom rwol kruċjali fl-isforzi tagħna biex niġġieldu t-tibdil fil-klima.
L-UE u r-riċerka internazzjonali żiedu b’mod sinifikanti l-fehim tagħna tal-kawżi tat-tibdil fil-klima. L-isfida urġenti tal-lum hija li jiġu esplorati u previsti l-impatti tat-tibdil fil-klima u li jiġu pprovduti reazzjonijiet effettivi għalih.
Ara ukoll:
- L-appoġġ tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-azzjoni klimatika
- Orizzont 2020: Ambjent u Azzjoni Klimatika
- Orizzont Ewropa
- Copernicus – għajnejn l-Ewropa fid-dinja
- Il-Portal tad-Data Ewropea
Azzjoni internazzjonali
L-UE qed tindirizza l-isfidi globali tas-sostenibbiltà permezz ta’ azzjoni fl-Ewropa u kooperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni barra mill-Ewropa.
Ara ukoll: