Nistgħu nagħmlu l-ibliet tagħna aktar nodfa, u l-impjiegi tagħna aktar ekoloġiċi, billi nimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi u diġitali għat-trasport pubbliku, ir-rota, il-mixi u forom oħra ta’ mobbiltà nadifa.
Diġà għaddejja trasformazzjoni massiva. Ħafna bliet Ewropej qed jimplimentaw soluzzjonijiet iktar faċli, iktar sikuri, iktar tajbin għas-saħħa u irħas għall-vetturi li jaħarqu l-fjuwils fossili, bħall-ixxerjar ta’ vetturi elettriċi, ir-roti u r-roti elettriċi, ix-xarabanks ekoloġiċi u l-ferrovij, u qed joħolqu mijiet ta’ kilometri ta’ korsiji ġodda għar-roti.
Ejjew niftakru wkoll li d-distanzi jistgħu jkunu iktar sinifikanti fiż-żoni rurali milli fl-ibliet u l-irħula. Jeħtieġ li nsibu soluzzjonijiet innovattivi li ma jħallu lil ħadd u l-ebda post barra.
Kollha kemm aħna għandna bżonn immorru minn post għall-ieħor b’mod effiċjenti – nistgħu nagħmlu dan filwaqt li ntejbu s-saħħa u l-ambjent tagħna!
X'se jagħmel il-Patt?
- Juri u jappoġġja l-ħafna għażliet li għandna biex immorru minn post għall-ieħor b’mod effiċjenti u b’mod li jtejjeb is-saħħa tagħna u li jniġġsu inqas
- Jillinkja ma’ inizjattivi oħra biex tingħata spinta lill-azzjoni u l-impatt
- Ikun il-punt fejn jiltaqgħu l-wegħdiet tal-ibliet jew dawk reġjonali għal trasport aktar ekoloġiku
Għandek idea tajba?
Ħu azzjoni jew ikkuntattjana!
Inizjattivi Ewropej

Shining a light on one of the most sustainable, innovative and safest transport modes we have.

Europe-wide awareness-raising campaign on sustainable urban mobility.

Network of cities for cities dedicated to cleaner, better transport in Europe and beyond.

Europe’s one-stop-shop on urban mobility for transport practitioners.

Helping cities plan and develop sustainable urban mobility.

Supporting the deployment of clean bus technologies across Europe.

A citizen science initiative to help reduce CO₂ emissions and fuel consumption.

DiscoverEU offers young people an opportunity to discover Europe, favouring travelling by rail.

15 local influencers uncover inspiring and innovative green initiatives in 5 European countries.

Cutting emissions through climate-friendly transport choices.
Tgħallem aktar
Tgħallem aktar dwar l-azzjoni tal-UE dwar il-klima u s-sostenibbiltà.