Mur għall-kontenut ewlieni
European Climate Pact

Ħiliet ekoloġiċi

L-azzjoni klimatika diġà qiegħda tipprovdi l-impjiegi u l-opportunitajiet tal-futur.

It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima se twassal għal trasformazzjoni fundamentali f’firxa wiesgħa ta’ setturi. Se jinħolqu impjiegi ġodda, filwaqt li xi impjiegi se jiġu sostitwiti u oħrajn se jiġu definiti mill-ġdid.

Għandna bżonn li:

  • nippromwovu u nappoġġjaw l-impjiegi ekoloġiċi
  • nindirizzaw l-għoti tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema
  • nantiċipaw il-bidliet fil-postijiet tax-xogħol tal-futur

Il-Patt Klimatiku se jkompli l-ħidma tal-UE f’dan il-qasam u se jappoġġja b’mod attiv lill-organizzazzjonijiet tax-xogħol, lill-korpi edukattivi u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jgħinu lil dawk li qed ifittxu impjieg fl-ekonomija ekoloġika.

X’se jagħmel il-Patt?

  • Iħeġġeġ lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet biex jinvolvu ruħhom fil-Patt għall-Ħiliet biex jgħinu fit-titjib u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħiliet tal-ħaddiema
  • Ixerred prattiki tajbin u stejjer ta’ suċċess miġbura fil-programmi Ewropej
  • Jgħin fin-navigazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew, li se jippermetti t-taħriġ għal ħames miljun ruħ f’impjiegi ekoloġiċi u l-irkupru ekoloġiku
  • Jorbot ma’ Erasmus+ u programmi oħra li jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ ħiliet u proġetti ta’ sħubija li jħarsu ’l quddiem
  • Iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati, lill-awtoritajiet lokali u lill-komunitajiet biex jagħmlu użu sħiħ mill-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta sabiex jippromwovu t-taħriġ mill-ġdid, l-inklużjoni attiva tal-ħaddiema u ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol, u jgħinu biex jinħolqu impjiegi lokali ġodda fir-reġjuni fil-mira
  • Jindika programmi ta’ appoġġ għal istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jfittxu li jiżviluppaw u jgħallmu korsijiet dwar l-impatti ambjentali u klimatiċi

Għandek idea tajba?

Ħu azzjoni jew ikkuntattjana!

Inizjattivi Ewropej

European Social Fund
Europe’s main instrument for supporting jobs, helping people get better jobs and ensuring fairer job opportunities for all EU citizens.
Pact for Skills
A shared engagement model for skills development in Europe. Upskilling and reskilling for the green and digital transitions.
European Vocational Skills Week
Annual event where local, regional or national organisations showcase vocational education and training (VET). 2020 theme: Green and Digital Transitions.
European Education Area
Enabling young people to benefit from the best education and training, and to find employment across Europe.
European Commission
Ensuring that the transition towards a climate-neutral economy happens in a fair way, leaving no one behind.
Erasmus+
The EU's programme to support education, training, youth and sport in Europe.

Sir af aktar