Kont taf li s-settur tal-bini huwa l-akbar konsumatur tal-enerġija fl-UE?
Aħna nqattgħu ħafna mill-ħin tagħna ġewwa: l-iskola, fuq il-post tax-xogħol, id-dar. Ħafna drabi, il-binjiet li nżuru għandhom enerġija bbażata fuq il-fjuwils fossili jew ma jkunux iżolati biżżejjed. Ħafna mhumiex adattati biex jifilħu għall-effetti tat-tibdil fil-klima bħall-għargħar u l-mewġiet ta’ sħana.
Biex il-bini tagħna ma jagħmilx ħsara lill-klima, jeħtieġ li nibnu strutturi ġodda aħjar, iżda wkoll li nirrinnovaw dawk diġà eżistenti, peress li l-biċċa l-kbira tagħhom se jibqgħu hemm għad-deċennji li ġejjin.
Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret Mewġa ta’ Rinnovazzjoni biex ittejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fl-UE. L-għan huwa li jiġu rduppjati r-rati tar-rinnovazzjoni sal-2030 u li jiġi żgurat li dawn iwasslu għal livell aħjar ta’ effiċjenza enerġetika u fir-riżorsi.
Dan ifisser li sal-2030, 35 miljun binja jistgħu jiġu rinnovati, u b’hekk jinħolqu sa 160,000 impjieg ekoloġiku ġdid fis-settur tal-kostruzzjoni!
X’se jagħmel il-Patt?
- Jixxerja l-informazzjoni u jqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji multipli tar-rinnovazzjoni tal-bini
- Iħeġġeġ il-wegħdiet ta’ impenni u jiffaċilita d-diskussjoni tul il-katina tal-provvista
- Jislet ideat għall-Bauhaus Ewropew il-ġdid
- Jixxerja l-gwida u l-assistenza teknika għall-awtoritajiet lokali u ċ-ċittadini
- Jindika opportunitajiet ta’ finanzjament, b’għajnuna speċifika għall-komunitajiet vulnerabbli
Għandek idea tajba?
Ħu azzjoni jew ikkuntattjana!
Kont taf?
Inizjattivi Ewropej







Sir af aktar
Tgħallem aktar dwar l-azzjoni tal-UE dwar il-klima u s-sostenibbiltà.