Mur għall-kontenut ewlieni
European Climate Pact

Trasport ekoloġiku

L-għażliet tat-trasport tagħna għandhom impatt kbir fuq il-marka tal-karbonju tagħna.

Nistgħu nagħmlu l-ibliet tagħna aktar nodfa, u l-impjiegi tagħna aktar ekoloġiċi, billi nimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi u diġitali għat-trasport pubbliku, ir-rota, il-mixi u forom oħra ta’ mobbiltà nadifa.

Diġà għaddejja trasformazzjoni massiva. Ħafna bliet Ewropej qed jimplimentaw soluzzjonijiet iktar faċli, iktar sikuri, iktar tajbin għas-saħħa u irħas għall-vetturi li jaħarqu l-fjuwils fossili, bħall-ixxerjar ta’ vetturi elettriċi, ir-roti u r-roti elettriċi, ix-xarabanks ekoloġiċi u l-ferrovij, u qed joħolqu mijiet ta’ kilometri ta’ korsiji ġodda għar-roti.

Ejjew niftakru wkoll li d-distanzi jistgħu jkunu iktar sinifikanti fiż-żoni rurali milli fl-ibliet u l-irħula. Jeħtieġ li nsibu soluzzjonijiet innovattivi li ma jħallu lil ħadd u l-ebda post barra.

Kollha kemm aħna għandna bżonn immorru minn post għall-ieħor b’mod effiċjenti – nistgħu nagħmlu dan filwaqt li ntejbu s-saħħa u l-ambjent tagħna!

X'se jagħmel il-Patt?

  • Juri u jappoġġja l-ħafna għażliet li għandna biex immorru minn post għall-ieħor b’mod effiċjenti u b’mod li jtejjeb is-saħħa tagħna u li jniġġsu inqas
  • Jillinkja ma’ inizjattivi oħra biex tingħata spinta lill-azzjoni u l-impatt
  • Ikun il-punt fejn jiltaqgħu l-wegħdiet tal-ibliet jew dawk reġjonali għal trasport aktar ekoloġiku

Għandek idea tajba?

Ħu azzjoni jew ikkuntattjana!

Inizjattivi Ewropej

CIVITAS
Network of cities for cities dedicated to cleaner, better transport in Europe and beyond.
Green Driving Tool
A citizen science initiative to help reduce CO₂ emissions and fuel consumption.
DiscoverEU
DiscoverEU offers young people an opportunity to discover Europe, favouring travelling by rail.
The Green Trip
15 local influencers uncover inspiring and innovative green initiatives in 5 European countries.

Tgħallem aktar