Skip to main content
European Climate Pact

Żoni ekoloġiċi

L-Ewropa teħtieġ aktar żoni ekoloġiċi biex tibni reżiljenza kontra t-theddid klimatiku, kif ukoll theddid għal saħħitna.

L-ibliet għandhom bżonn b’mod partikolari tas-siġar minħabba li ż-żoni urbani mkabbra jistgħu jassorbu kemm l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra kif ukoll inaqqsu ż-żieda eċċessiva fit-temperatura. Fiż-żoni rurali, is-siġar jistgħu jkunu ta’ benefiċċju kbir għall-agrikoltura u l-ekoturiżmu.

Is-siġar jeħtieġu kura fit-tul wara li jitħawlu. Din hija r-raġuni għala, skont il-Patt Klimatiku, qed inwiegħdu aktar l-appoġġ tagħna lill-komunitajiet, l-organizzazzjonijiet u ċ-ċittadini lokali li huma impenjati favur inizjattivi ġodda għat-tħawwil tas-siġar u l-indukrar.

X’se jagħmel il-Patt?

  • Appoġġ għal inizjattivi ġodda għat-tħawwil tas-siġar u l-kura, pereżempju permezz ta’ informazzjoni u viżibbiltà
  • Rabta ma’ riżorsi, networks u pjattaformi eżistenti
  • Joffri soluzzjonijiet lill-awtoritajiet lokali biex jerġgħu jistabbilixxu, jipproteġu u jespandu ż-żoni urbani ekoloġiċi
  • Jipprovdi forum għad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn il-komunitajiet, in-negozji, is-sidien tal-art u l-gvernijiet lokali

Għandek idea tajba?

Ħu azzjoni jew ikkuntattjana!

Kont taf?

3 biljun
siġar żejda fl-Ewropa
L-istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 għandha l-għan li żżid il-kwantità ta’ foresti u s-saħħa u r-reżiljenza tagħhom.
­
39% tal-art tal-UE hija koperta minn foresti
L-Ewropa hija waħda mill-aktar reġjuni tad-dinja rikki fil-foresti.
18%18% tal-art tal-UE hija protetta min-network Natura 2000
Bħala l-akbar network ta’ żoni protetti fid-dinja, Natura 2000 toffri kenn għall-ispeċijiet u l-habitats l-aktar prezzjużi u mhedda tal-Ewropa.

Inizjattiva Ewropea

LIFE Programme

The LIFE programme is the EU’s funding instrument for the environment and climate action created in 1992.

European Green Leaf Award

The European Green Leaf Award is open to all towns and cities across Europe with a population of 20,000 and up to 100,000 inhabitants.

Green City Tool

A self-assessment and benchmarking tool for cities to become greener and more sustainable.

Green City Accord

A European Commission initiative to make cities greener, cleaner and healthier.

Natura 2000

Natura 2000 is the largest coordinated network of protected areas in the world.

Natura 2000 Award

The Natura 2000 Award rewards excellence in the management of Natura 2000 sites.

Tgħallem aktar