Skip to main content
European Climate Pact

Edukazzjoni u sensibilizzazzjoni

Il-promozzjoni tal-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar il-klima għal kulħadd.

Biex nibnu soċjetà li ma tagħmilx ħsara lill-klima, jeħtieġ li nifhmu l-fatti, nixxerjaw l-informazzjoni u nitkellmu ma’ xulxin.

Il-Patt Klimatiku Ewropew se jgħin biex jinfirex l-għarfien dwar l-azzjoni klimatika li jkun xjentifikament sod u li jipprovdi bażi għal azzjoni. Dan se juri soluzzjonijiet għall-ispirazzjoni u t-tagħlim, u jgħin lin-networks u lill-komunitajiet biex jamplifikaw l-azzjoni u l-impatt tagħhom.

X’se jagħmel il-Patt?

  • Se jagħti merħba lill-Ambaxxaturi li jinvolvu ruħhom man-nies fil-komunitajiet u n-networks tagħhom
  • Se jittraduċi x-xjenza f’għażliet għal azzjoni ta’ kuljum
  • Se jippromwovi l-litteriżmu dwar il-klima u għajnuna fl-integrazzjoni tax-xjenza u s-soluzzjonijiet tal-klima fil-programmi edukattivi
  • Se jikxef il-miti klimatiċi u se jiġġieled ċ-ċaħda u l-miżinformazzjoni dwar il-klima, f’konformità mal-azzjonijiet biex jiġu indirizzati d-diżinformazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Demokrazija
  • Se jlaqqa’ lin-nies flimkien biex jaqsmu l-esperjenzi u l-ideat
  • Se juża inizjattivi eżistenti ta’ diversi partijiet ikkonċernati biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni.

Għandek idea tajba?

Ħu azzjoni jew ikkuntattjana!

Kont taf?

tal-Ewropej jaraw it-tibdil fil-klima bħala problema serja
93%
(Ewrobarometru dwar it-Tibdil fil-Klima, 2019)

Inizjattivi Ewropej

Our planet, our future

Learn about climate change and what we can do about it. Information for young people and teachers in all EU languages.

European Education Area

Enabling young people to benefit from the best education and training, and to find employment across Europe.

Erasmus+

The EU's programme to support education, training, youth and sport in Europe.

European Solidarity Corps

Helping organisations and young people carry out projects that will benefit people and communities in their own country or elsewhere in Europe.

Global Coalition for Biodiversity

National parks, aquariums, botanic gardens, zoos, science and natural history museums, research centres raising their voice about the nature crisis.